Jien bdejt inħossni bħallikieku mġewwaħ għat-talb, kelli ħtieġa urġenti li nferragħ 'l ruħi fit-talb, u kont ili ma nkun fil-kwiet jew inkella waħdi, aktar minn tmienja u erbgħin siegħa. Ħassejtni bħallikieku f'qalbi kelli għargħar jitħabat biex joħroġ u jinfirex ma' kull parti ta' ġismi. Li nħallih hemm ġew kien qed iġegħlni nħoss uġigħ kbir, iżda ta' ġid, f'qalbi, uġigħ li kellu l-ħtieġa jiġi kkalmat u kkwitat permezz tat-talb fis-skiet. U issa ntbaħt l-għala dawk li tassew jitolbu t-talb ġewwieni l-ħin kollu ħarbu l-kumpanija tan-nies u nħbew f'postijiet mhux magħrufa. Fhimt ukoll għaliex il-Venerabbli Esekija jsejjaħ tpaċpiċ fieragħ, saħansitra t-taħdit spiritwali u ta' għajnuna siewja, jekk ikun hemm wisq minnu. Kif jgħid ukoll Efrem is-Sirjan, "Kliem siewi huwa fidda, imma s-skiet huwa deheb safi."
Il-Mixja tal-Pellegrin
Want an urgent loan?
ReplyDeleteOnly one address: enriquefinancia@gmail.com
enriquefinancia@gmail.com
enriquefinancia@gmail.com
Don't hesitate to contact us