Tuesday 11 September 2012

12th September - 8th Anniversary from my Religious Perpetual Profession

Track 6 by Andrew Cauchi on Grooveshark

Jekk għandi Lilek

Wara li ċċaħħadt, warrabt minn ħajti kull hena ta' din l-art.
L-għażla li għamilt, għażilt li ruħi priġuniera ssir.
Rajt li l-ferħ tad-dinja kollu jmur,
U bħalma s-sħana tnixxef bukkett fjur
Rajt li kull pjaċir malajr mar-riħ itir
Inti waħdek il-ferħ tiegħi
Fik il-hena ruħi ssib.

Jekk għandi lilek O Ġesù għandi kollox
din imħabbtek biss tiġbidni
rrid nersaq aktar lejk'
Int għalija l-isbaħ fjur illi tfewwaħ il-ħolqien
għax għalija Int biżżejjed
Nagħtik kollox kulma jien.

Fik jien għandi ġmiel il-ħolqien
Fik il-ward u l-fjur tal-widien
Fik għandi kulma rrid, Inti l-ogħla ġid
Sebħ tas-Sema u l-art huwa Int.

No comments:

Post a Comment