Tuesday, 8 May 2012

Fil-ħlewwa ta' Mejju


Fil-ħlewwa ta Mejju, 
Omm tagħna Marija
O kemm idoqq ħlejju dak ismek sabiħ
Kemm toħroġ qawwija 
Dil-kelma minn qalbna
Bit-tama li talbna jagħtik l-akbar ġieħ.


Rit: 
Int l-għaxqa tas-sema
Ix-xemx tal-ħolqien
Int l-omm ta min ħalqek
Bik mimli kull żmien.


Jekk tiftaħ fil-ġonna il-warda Maltija
Tfakkarna o Madonna fil-lewn ta ħaddejk
Jekk tidħak id-dija tal-kwiekeb irżina
Tfakkarna o ħanina fid-dawl ta għajnejk Rit:


Minn dejjem bint Alla, nadifa mill-ħtija
Infrixt bħal qawsalla fuq ras il-bnedmin
Int ftaħt o Marija l-għejun ta kull ħniena
Fuq l-aħwa ħosbiena, fuq l-aħwa ħatjin. Rit:


Għalhekk ja sultana tal-ħlewwa Marija
Int biss tama tagħna, int qawwa tar-ruħ
Bil-grazzja mimlija kull waqt insellmulek
Bil-ħrara ngħajtulek fis-siegħa tad-dmugħ Rit:


Dun Karm Psaila

No comments:

Post a Comment